Our Lady of Medjugorje Messages containing 'speċjali'

Total found: 5
Għeżież uliedi, illum inberikkom b' mod speċjali u nitlob għalikom sabiex terġgħu lura lejn it-triq it-tajba lejn Ibni - is-Salvatur u r-Redentur tagħkom - lejĦ li takom il-ħajja ta' dejjem. Irriflettu fuq dak kollu li hu uman, fuq dak kollu li ma jħallikomx tmorru wara Ibni - fuq dak kollu li jgħaddi, l-imperfezzjonijiet u l-limitazzjonijiet - u mbagħad aħsbu fuq Ibni fuq l-infinita' Divina tiegħu. Bl-abbandun (f'Alla) u bit-talb tagħkom qaddsu lil ġisimkom u pperfezjonaw lil ruħkom. Kunu mħejjija wliedi. Grazzi.
Waqt li l-Madonna kienet sejra, Mirjana rat salib kbir tad-deheb wara l-Madonna.
Għeżież uliedi, illum qed nitlob hawn magħkom sabiex tkunu tistgħu tiġbru s-saħħa li tiftħu qlubkom u hekk ssiru konxji tal-qawwa ta' l-imħabba ta' Alla li qed ibati. Permezz ta' din l-imħabba, tjubija u ġentilezza tiegħu, jiena wkoll ninsab magħkom. Nistedinkom għal dan iż-żmien speċjali ta' preparazzjoni sabiex ikun żmien ta' talb, ta' penitenza u ta' konverżjoni. Uliedi, għandkom bżonn ta' Alla. Ma tistgħux timxu 'l quddiem mingħajr Ibni. Meta tifhmu u taċċettaw dan, dak li kien imwiegħed lilkom iseħħ. Permezz ta' l-Ispirtu s-Santu, is-Saltna tas-Sema titnissel fi qlubkom. Jiena qed immexxikom lejn dan. Grazzi.
Għeżież uliedi! Illum b' mod speċjali nixtieq nistedinkom għall-konverżjoni. Mill-lum jalla tibda ħajja ġdida fi qlubkom. Uliedi, nixtieq nara l-'iva' tagħkom, u jalla ħajjitkom issir għajxien ferrieħi tar-rieda ta' Alla f' kull mument ta' ħajjitkom. B' mod speċjali llum, nberikkom bil-barka materna tiegħi ta' paċi, imħabba u għaqda f' qalbi u f' qalb Ibni Ġesu'. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
Għeżież uliedi! B' imħabba materna jiena nixtieq niftaħ il-qalb ta' kull wieħed u waħda minnkom u ngħallimkom l-unjoni personali mal-Missier. Biex taċċettaw dan, tridu tifhmu li intom importanti għal Alla u li qed isejħilkom individwalment. Tridu tifhmu li talbkom huwa konverżazzjoni ta' tfajjel ma' Missieru; li l-imħabba hi t-triq li għandkom tterrqu - imħabba lejn Alla u lejn il-proxmu. Din hi, uliedi, l-imħabba li m' għandhiex limiti, din hi l-imħabba li toħroġ mill-verita' u li tibqa' sejra sa' l-aħħar. Imxu warajja wliedi sabiex anke oħrajn, meta jgħarfu il-verita' u l-imħabba fikom, isegwukom. Grazzi.
Għal darb' oħra l-Madonna talbitna nitolbu għar-rgħajja tagħna u qalet: "Għandhom post speċjali f' qalbi. Huma jirrapreżentaw lil Ibni."
Għeżież uliedi; Illum ukoll il-qalb materna tiegħi issejħilkom għat-talb, għar-relazzjoni personali tagħkom ma' Alla l-Missier, għall-ferħ tat-talb fiĦ. Alla l-Missier m' huwiex 'l bogħod minnkom u m' huwiex xi ħadd li ma tafuħx. Hu rrivela lilu nnifsu lilkom permezz ta' Ibni u takom il-ħajja, jiġifieri Ibni. Għaldaqstant uliedi iċċedux għat-tentazzjonijiet li jridu jisseparawkom minn Alla l-Missier. Itolbu! Tippruvawx ikollkom familji u soċjetajiet mingħajru. Itolbu! Itolbu sabiex qlubkom ikunu mfawwra bit-tjubija li tiġi biss minn Ibni, li Hu tjubija sinċiera. Il-qlub mimlija bit-tjubija biss jistgħu jifhmu u jilqgħu lil Alla l-Missier. Jien se nkompli mmexxikom. B' mod speċjali nitlobkom sabiex ma tiġġudikawx lir-rgħajja tagħkom. Uliedi qegħdien tinsew li Alla l-Missier sejħilhom? Itolbu! Grazzi.
Mirjana qalet, "Qatt ma għidt xejn qabel, imma intkom konxju ħuti li l-Omm ta' Alla kienet magħna? Kull wieħed għandi jsaqsi lilu nnifsu, 'Jiena jistħoqqli dan?' . Qed ngħid dan għax huwa diffiċli għalija naraha (lill-Madonna) muġugħa, għaliex kull wieħed minna qed ifittex miraklu iżda ma jridx iwettaq miraklu fih."
   




To compare Medjugorje messages with another language versions choose

For God to live in your hearts, you must love.

`