Our Lady of Medjugorje Messages containing 'maħfra'

Total found: 3
Għeżież uliedi, ninsab ma' ġenbkom għax nixtieq ngħinkom tgħelbu l-provi li dan iż-żmien ta' purifikazzjoni jpoġġi quddiemkom. Uliedi waħda minnhom hi li ma taħfrux u li ma titolbux maħfra. Kull dnub joffendi l-Imħabba u jbiegħedkom minnha - u l-Imħabba hu Ibni. Għaldaqstant uliedi, jekk intom tixtiequ timxu miegħi lejn il-paċi ta' l-imħabba ta' Alla, tridu titgħallmu taħfru u titolbu maħfra. Grazzi.
Għeżież uliedi! B' perseveranza materna u b' imħabba qed inġibilkom id-dawl tal-ħajja sabiex jeqred id-dlam tal-mewt fikom. Tirrifjutawnix uliedi. Ieqfu u ħarsu fikom infuskom u araw kemm intom midinbin. Kunu konxji ta' dnubietkom u itolbu maħfra. Uliedi, ma tixtiequx taċċettaw li intom dgħajfa u żgħar, iżda tistgħu tkunu b' saħħitkom u kbar billi twettqu r-rieda t' Alla. Agħtuni qlubkom imnaddfa sabiex jien indawwalhom bid-dawl tal-ħajja, Ibni. Grazzi.
Għeżież uliedi, qed tinġabru madwari, qed tfittxu triqitkom, qed tfittxu, tfittxu l-verita' iżda qed tinsew dak li hu l-iktar importanti, qed tinsew titolbu sewwa. Xuftejkom ilissnu ħafna kliem, iżda l-ispirtu tagħkom ma jħoss xejn. Waqt li tiġġerrew fid-dlam, saħansitra qed timmaġinaw lil Alla nnifsu skont ma taħsbu intom, u mhux kif inhu tassew f' imħabbtu. Għeżież uliedi, it-talb sew joħroġ mill-fond tal-qalb, mit-tbatija tagħkom, mill-ferħ tagħkom, filli tfittxu l-maħfra tad-dnubiet. Din hi l-mogħdija li permezz tagħha tgħarfu lil Alla l-veru, u permezz tagħha anke lilkom nfuskom, għax intom ġejtu maħluqa skont Hu. It-talb jwassalkom għat-twettiq tax-xewqa tiegħi, tal-missjoni tiegħi fostkom, għall-għaqda fil-familja ta' Alla. Grazzi.
Mirjana ma kienitx f' Medjugorje għad-dehra llum. Qaltilna li l-Madonna bierket lil kull min kien preżenti, irringrazzjathom u talbitna nitolbu għas-saċerdoti.
   




To compare Medjugorje messages with another language versions choose

For God to live in your hearts, you must love.

`