Our Lady of Medjugorje Messages containing 'konverzjoni'

Total found: 5
Gheziez uliedi! F' dan iz-zmien meta qed tahsbu dwar il-mistrieh fiziku, Jiena nsejhilkom ghall-konverzjoni. Itolbu u ahdmu halli qalbkom tixxennaq ghal Alla l-Hallieq, li Hu l-veru mistrieh ta' ruhkom u ta' gisimkom. Jalla Hu jirrivelalkom 'l wiccU u jalla jaghtikom l-paci tieghU. Jiena maghkom u nintercedi quddiem Alla ghal kull wiehed u wahda minnkom. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
Gheziez uliedi! Anke llum insejhilkom ghall-konverzjoni personali.Kunu intom dawk li jikkonvertu, u bil-hajja taghkom, tkunu xhieda, hobbu, ahfru u gibu l-ferh ta' l-Irxoxt f' din id-dinja fejn Ibni miet u fejn in-nies ma jhossux il-htiega li jfittxuh u li jiskopruH f' hajjithom. Intom tadurawH, u jalla t-tama taghkom tkun tama ghal dawk il-qlub li m' ghandhomx 'l Gesu'. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi!
Gheziez uliedi! F' dan iz-zmien tar-rebbiegha fejn kollox qed jerga' jistenbah mir-raqda xitwija, intom tergghu tqajmu lil erwiehkom permezz tat-talb halli jkunu jisghtu jilqghu d-dawl ta' Kristu Rxoxt. Tfal ckejknin, jalla Hu jqarribkom aktar lejn qalbu halli tinftehu aktar ghall-hajja eterna. Nitlob ghalikom u nintercedi quddiem il-Mulej Alla l-gholi ghall-konverzjoni sinciera taghkom. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
Gheziez uliedi! Illum qed insejhilkom mill-gdid ghall-konverzjoni. Tfal ckejknin m' intomx qaddisa biz-zejjed u m' intomx tirraddjaw il-qdusija fuq l-ohrajn, ghaldaqstant itolbu, itolbu, itolbu u ahdmu fuq il-konverzjoni personali taghkom halli intom issiru sinjal ta' l-imhabba t' Alla ghal ohrajn. Jiena maghkom u qed immexxikom lejn l-eternita', li ghaliha kull qalb ghandha tixxennaq. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
Gheziez uliedi, b' ferh ahdmu b' persistenza fuq il-konverzjoni taghkom. Offru l-ferh u t-tbatijiet kollha taghkom lill-Qalb Immakulata tieghi halli Jien immexxikom ilkoll lejn il-wisq mahbub Ibni, halli intom ssibu l-hena fil-Qalb tieghu. Jiena maghkom sabiex nghallimkom u mmexxikom lejn l-eternita'. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
   




To compare Medjugorje messages with another language versions choose

For God to live in your hearts, you must love.

`