Our Lady of Medjugorje Messages containing 'għaliex'

Total found: 6
Għeżież uliedi llum insejħilkom sabiex tħobbu b' qalbkom kollha u b' ruħkom kollha. Itolbu għad-don ta' l-imħabba għaliex meta ruħ tħobb, hi ssejjaħ lil Ibni lejha. Ibni ma jirrifjutax lil dawk li jsejħulu, u li jixtiequ jgħixu skond Hu. Itolbu għal dawk li ma jifhmux l-imħabba, li ma jifhmux xi tfisser li tħobb. Itolbu biex Alla jkun Missierhom u mhux l-Imħallef tagħhom. Uliedi, kunu intom l-appostli tiegħi, kunu x-xmara tiegħi ta' mħabba. Għandi bżonnkom. Grazzi.
Għeżież uliedi! Inħares lejkom u nara fi qlubkom mewt mingħajr tama, qlub bla kwiet u bil-ġuħ. M' hemmx talb jew tama f' Alla, u għalhekk l-Iktar Għoli jippermettili niġi biex inġibilkom it-tama u l-hena. Infetħu. Iftħu qlubkom għall-ħniena ta' Alla u Hu jagħtikom kull ma teħtieġu u jimla lil qlubkom bil-paċi, għaliex Huwa l-paċi u t-tama tagħkom. Grazzi talil weġibtu għas-sejħa tiegħi.
Għeżież uliedi! Illum ukoll ninsab magħkom u qed inħares lejkom u nberikkom u m' iniex se naqta' qalbi li din id-dinja għad tinbidel għat-tajjeb u li l-paċi ssaltan fi qlub il-bnedmin. L-hena se tibda ssaltan fid-dinja għaliex intom inftaħtu għas-sejħa tiegħi u għall-imħabba t' Alla. L-Ispirtu s-Santu qed jibdel lil dik il-multitudni ta' nies li qalu 'iva'. Għaldaqstant nixtieq ngħidilkom: Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
Għeżież uliedi, illum nistedinkom sabiex titwieldu mill-ġdid fit-talb, u permezz ta' l-Ispirtu s-Santu ssiru poplu ġdid flimkien ma' Ibni; poplu li jaf li jekk tilef lil Alla, tilef lilu innifsu; poplu li jaf li flimkien ma' Alla, għalkemm qalb tant tbatija u provi, huwa fiż-żgur u salv. Insejħilkom sabiex tinġabru fil-familja ta' Alla u li tissaħħu bil-qawwa tal-Missier. Bħala individwi, uliedi, intom ma tistgħux twaqqfu l-ħażen li jrid jibda jsaltan f' din id-dinja u jeqridha. Iżda skont ir-rieda ta' Alla, ilkoll flimkien, ma' Ibni intom tistgħu tbiddlu kollox u tfejqu lid-dinja. Insejħilkom sabiex titolbu b' qalbkom kollha għar-rgħajja tagħkom għaliex Ibni għażilhom. Grazzi.
Għeżież uliedi! Illum insejħilkom sabiex titolbu u ssumu għall-intenzjonijiet tiegħi għaliex satana jrid jeqred il-pjan tiegħi. Hawn bdejt b' din il-parroċċa u stedint lid-dinja kollha. Ħafna wieġbu iżda hemm numru enormi li ma jridux jisimgħu u jilqgħu s-sejħa tiegħi. Għalhekk intom li għidtu 'iva', ibqgħu b' saħħitkom u sodi. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
Għeżież uliedi; Illum ukoll il-qalb materna tiegħi issejħilkom għat-talb, għar-relazzjoni personali tagħkom ma' Alla l-Missier, għall-ferħ tat-talb fiĦ. Alla l-Missier m' huwiex 'l bogħod minnkom u m' huwiex xi ħadd li ma tafuħx. Hu rrivela lilu nnifsu lilkom permezz ta' Ibni u takom il-ħajja, jiġifieri Ibni. Għaldaqstant uliedi iċċedux għat-tentazzjonijiet li jridu jisseparawkom minn Alla l-Missier. Itolbu! Tippruvawx ikollkom familji u soċjetajiet mingħajru. Itolbu! Itolbu sabiex qlubkom ikunu mfawwra bit-tjubija li tiġi biss minn Ibni, li Hu tjubija sinċiera. Il-qlub mimlija bit-tjubija biss jistgħu jifhmu u jilqgħu lil Alla l-Missier. Jien se nkompli mmexxikom. B' mod speċjali nitlobkom sabiex ma tiġġudikawx lir-rgħajja tagħkom. Uliedi qegħdien tinsew li Alla l-Missier sejħilhom? Itolbu! Grazzi.
Mirjana qalet, "Qatt ma għidt xejn qabel, imma intkom konxju ħuti li l-Omm ta' Alla kienet magħna? Kull wieħed għandi jsaqsi lilu nnifsu, 'Jiena jistħoqqli dan?' . Qed ngħid dan għax huwa diffiċli għalija naraha (lill-Madonna) muġugħa, għaliex kull wieħed minna qed ifittex miraklu iżda ma jridx iwettaq miraklu fih."
   




To compare Medjugorje messages with another language versions choose

For God to live in your hearts, you must love.

`