Web address of the page: https://www.medjugorje.ws/mt/messages/highlight?find=wassalkom 
www.medjugorje.ws » Our Lady of Medjugorje Messages » Our Lady of Medjugorje Messages containing 'wassalkom'

Our Lady of Medjugorje Messages containing 'wassalkom'

Total found: 2
Għeżież uliedi! Illum insejħilkom biex bit-talb u s-sawm, tnaddfu t-triq li minnha jgħaddi Ibni fi qlubkom. Aċcettawni bħala omm, u bħala messaġġiera ta' l-imħabba t' Alla u tax-xewqa tiegħu ghas-salvazzjoni tagħkom. Eħilsu lilkom infuskom minn dak kollu li jtaqqalkom mill-passat u jagħtikom sens ta' ħtija; minn dak kollu li wassalkom għall-iżball - għad-dlam. Aċcettaw id-dawl. Erġgħu twieldu mill-ġdid fil-ġustizzja ta' Ibni. Grazzi.
Għeżież uliedi; b' qalbi u ruħi kollha mimlija b' fidi u b' imħabba fil-Missier tas-smewwiet, Jiena tajtkom lil Ibni u qed nerġa' nagħtihulkom mill-ġdid. Ibni wassalkom, nies tad-dinja kollha, sabiex issiru tafu l-uniku veru Alla u mħabbtu. Hu mexxikom fuq it-triq tal-verita' u għamilkom aħwa. Għaldaqstant uliedi titwarrbux, tgħalqux qalbkom għal din il-verita', tama u mħabba. Kollox madwarkom jgħaddi u kollox qed jaqa' biċċiet, il-glorja ta' Alla biss tibqa'. Għalhekk iċħdu kull ma jbiegħdkom mill-Mulej. Aduraw lilu biss, għax Hu biss il-veru Alla. Jiena magħkom u se nibqa' magħkom. Qed nitlob speċjalment għar-rgħajja sabiex ikunu rappreżentanti denji ta' Ibni u jmexxukom b' imħabba fuq it-triq tal-verita'. Grazzi.