Web address of the page: https://www.medjugorje.ws/mt/messages/100802s/ 
www.medjugorje.ws » Our Lady of Medjugorje Messages » Message, Awwissu 2, 2010 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo

Message, Awwissu 2, 2010 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo

 

Message, Awwissu 2, 2010 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo

Għeżież uliedi, illum nistedinkom sabiex flimkien miegħi, tibdew tibnu fi qlubkom is-saltna tas-smewwiet u tinsew dak kollu li hu personali, u mmexija mill-eżempju ta' Ibni, taħsbu f' dak li hu ta' Alla. X' jixtieq Hu minn għandkom? Tħallux lil satana jiftħilkom it-toroq tal-ferħ ta' din id-dinja, toroq fejn m' hemmx Ibni. Uliedi, huma foloz u jdumu ftit. Ibni jeżisti. Jiena noffrilkom il-ferħ etern u l-paċi, l-għaqda ma' Ibni, ma' Alla, Jiena noffrilkom is-saltna t' Alla. Grazzi.