Web address of the page: https://www.medjugorje.ws/mt/messages/highlight?find=tirrifjutawnix 
www.medjugorje.ws » Our Lady of Medjugorje Messages » Our Lady of Medjugorje Messages containing 'tirrifjutawnix'

Our Lady of Medjugorje Messages containing 'tirrifjutawnix'

Għeżież uliedi! B' perseveranza materna u b' imħabba qed inġibilkom id-dawl tal-ħajja sabiex jeqred id-dlam tal-mewt fikom. Tirrifjutawnix uliedi. Ieqfu u ħarsu fikom infuskom u araw kemm intom midinbin. Kunu konxji ta' dnubietkom u itolbu maħfra. Uliedi, ma tixtiequx taċċettaw li intom dgħajfa u żgħar, iżda tistgħu tkunu b' saħħitkom u kbar billi twettqu r-rieda t' Alla. Agħtuni qlubkom imnaddfa sabiex jien indawwalhom bid-dawl tal-ħajja, Ibni. Grazzi.