Web address of the page: https://www.medjugorje.ws/mt/messages/highlight?find=b%C5%BConn 
www.medjugorje.ws » Our Lady of Medjugorje Messages » Our Lady of Medjugorje Messages containing 'bżonn'

Our Lady of Medjugorje Messages containing 'bżonn'

Għeżież uliedi, illum qed nitlob hawn magħkom sabiex tkunu tistgħu tiġbru s-saħħa li tiftħu qlubkom u hekk ssiru konxji tal-qawwa ta' l-imħabba ta' Alla li qed ibati. Permezz ta' din l-imħabba, tjubija u ġentilezza tiegħu, jiena wkoll ninsab magħkom. Nistedinkom għal dan iż-żmien speċjali ta' preparazzjoni sabiex ikun żmien ta' talb, ta' penitenza u ta' konverżjoni. Uliedi, għandkom bżonn ta' Alla. Ma tistgħux timxu 'l quddiem mingħajr Ibni. Meta tifhmu u taċċettaw dan, dak li kien imwiegħed lilkom iseħħ. Permezz ta' l-Ispirtu s-Santu, is-Saltna tas-Sema titnissel fi qlubkom. Jiena qed immexxikom lejn dan. Grazzi.