Our Lady of Medjugorje Messages containing 'aħwa'
Total found:
2
Latest Message, Marzu 18, 2011 - Messagg moghti lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi! Jiena magħkom f' isem l-ikbar Imħabba, f' isem Alla l-għażiż, li ġie qrib tagħkom permezz ta' Ibni u wrikom il-vera mħabba. Nixtieq immexxikom fuq it-triq ta' Alla. Nixtieq ngħallimkom il-vera mħabba sabiex l-oħrajn ikunu jistgħu jarawha fikom, sabiex intom tarawha fl-oħrajn, sabiex intom tkunu
aħwa
għalihom u sabiex l-oħrajn jaraw fikom
aħwa
ħanina. Uliedi tibżgħux tiftħu qlubkom għalija. B' imħabba materna jiena nurikom x' qed nistenna minnkom, x' qed nistenna mill-appostli tiegħi. Imxu miegħi. Grazzi.
”
Mirjana qalet li l-Madonna bierket lil kull min kien preżenti u l-oġġetti reliġjużi li kellhom. Il-Madonna wkoll talbet biex isir talb għas-saċerdoti u qalet:
"Nerġa' nenfasizza li jien se nittrijonfa magħhom."
Message, Settembru 2, 2011 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi; b' qalbi u ruħi kollha mimlija b' fidi u b' imħabba fil-Missier tas-smewwiet, Jiena tajtkom lil Ibni u qed nerġa' nagħtihulkom mill-ġdid. Ibni wassalkom, nies tad-dinja kollha, sabiex issiru tafu l-uniku veru Alla u mħabbtu. Hu mexxikom fuq it-triq tal-verita' u għamilkom
aħwa
. Għaldaqstant uliedi titwarrbux, tgħalqux qalbkom għal din il-verita', tama u mħabba. Kollox madwarkom jgħaddi u kollox qed jaqa' biċċiet, il-glorja ta' Alla biss tibqa'. Għalhekk iċħdu kull ma jbiegħdkom mill-Mulej. Aduraw lilu biss, għax Hu biss il-veru Alla. Jiena magħkom u se nibqa' magħkom. Qed nitlob speċjalment għar-rgħajja sabiex ikunu rappreżentanti denji ta' Ibni u jmexxukom b' imħabba fuq it-triq tal-verita'. Grazzi.
”
To compare Medjugorje messages with another language versions choose